Il-Papa Franġisku qal li l-aktar nies foqra fid-dinja għandhom ikollhom aċċess għall-vaċċin tal-Coronavirus ġaladarba jkun disponibbli fis-suq.
Il-Papa qal li l-pandemija tefgħet dawl fuq il-bżonnijiet tal-foqra u l-inugwaljanza li teżisti fid-dinja.
Qal li filwaqt li huwa kruċjali li tinstab kura għal virus żgħir imma qerriedi, trid tingħata kura wkoll għal virus ferm ikbar ta’ inġustizzja soċjali, inugwaljanza ta’ opportunitajiet u nuqqas ta’ protezzjoni għal dawk l-aktar vulnerabbli.