F’rapport li analizza l-abbużi sesswali fil-Knisja Kattolika fil-Ġermanja nstab li l-Papa Emeritu Benedittu XVI, ma ħax azzjoni meta kien Arċisqof ta’ Munich.
Ir-rapport analizza kif ġew ittrattati l-każijet ta’ abbuż sesswali mill-Arċidjoċesi ta’ Munich u Freising bejn l-1945 u l-2019.
Fir-rapport jissemma’ l-Papa Emeritu meta kien l-Arċisqof ta’ Munich bejn l-1977 u l-1982.
F’dak il-perjodu, ċertu wieħed Peter Hullermann, saċerdot li llum huma magħruf għal pedofelija, kien trasferit lejn Munich minn Essen, wara li kien akkużat li abbuża sesswalment minn tifel ta’ 11-il sena.
Hellerman, xorta waħda tħalla jqaddes.
Fl-1986, huwa kien instab ħati li mmolesta aktar tfal u ngħata senstenza ta’ ħabs sospiża.