Il-Papa Emeritu Benedittu 16 wissa lis-suċċessur tiegħu l-Papa Franġisku pubblikament sabiex ma jiftaħx il-ħajja tas-saċerdozju Kattolika għal irġiel miżewġa. Huwa għamel dan l-appell fil-ktieb li kiteb bi sħab mal-Kardinal Robert Sarah wara li l-Papa Franġisku esprima dan il-motiv nhar il-Ħadd fejn ħasad diversi esperti tal-Vatikan.
Il-Papa Benedittu, li rtira lura fl-2013 tenna li ma setax jżomm lura milli jitkellem dwar din is-sitwazzjoni. Fil-ktieb il-Papa Benedittu jgħid li ċ-ċelibat hija tradizzjoni antika li tmur lura diversi sekli fil-Knisja li għandha sinifikat kbir għaliex tħalli lis-saċerdoti jiffukaw fuq l-obbligi tagħhom. Mhuwiex possibbli li tirrikonixxi żewġ vokazzjonijiet dawk ta’ żwieġ u saċerdozju simultanjament.
Huwa saħaq li dan il-motiv ma kinitx manuvra politika u wisq anqas logħba tal-poter. Massimo Faggioli li huwa storiku u teologu qal li l-eks Papa Benedittu ma kiser l-ebda silenzju dan għaliex hu u t-tim tiegħu qatt ma ħass li kellu jkun marbut ma dik il-wegħda. U tenna kif din hija kwistjoni serja.