Wara li tela’ mill-Grotta ta’ San Pawl, il-Papa Franġisku mar fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat fejn hemmhekk kellu laqgħa ma’ diversi nies.
Hawnhekk il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ diversi persuni minn entitajiet differenti, fosthom minn Caritas, Dar Bjorn, Dar Merbħa Bik u Dar tal-Providenza, fost oħrajn.
Barra minn hekk hawnhekk il-Papa ltaqa’ ma’ diversi komunitajiet reliġjużi f’pajjiżna.
Fost dawn kien hemm dawk mill-Knisja tal-Ingilterra u diversi membri Ortodossi li hawn f’pajjiżna.