Fi tmiem iż-żjara tiegħu fl-Irlanda, il-Papa Franġisku rrifjuta li jirisspondi għall-akkużi fuq abbużi sesswali.
L-eks Nunzju Appostoliku u segretarju tal-istat tal-Vatikan, l-Arċisqof Carlo Maria Vigano akkuża lill-Papa Franġsiku li qed iżomm fommu sieket dwar abbuż sesswali mwettqa mill-Kardinal Amerikan Theodore McCarrick.
Il-Papa Franġisku stqarr li mhux ser jikkummenta fuq l-ittra ta’ ħdax-il paġna li kiteb l-Arċisqof Vigano. Vigano huwa mexxej tal-kattoliċi konservattivi li jridu jneħħu lill-Papa biex ma jħalluħx jibdel il-knisjaF’din l-ittra l-Kardinal Vigano allega li l-Papa Franġisku, għal ħames snin sħaħ, kien jaf bl-allegazzjonijiet ta’ abbużi mill-Kardinal prominenti. L-Arċiqof ikompli billi jgħid li fl-2013 kien hu stess li informa lill-Papa Franġsiku dwar akkużi ta’ abbuż sesswali mwettqa mill-Kardinal Amerikan fuq seminaristi u qassisin.
L-ittra tkompli billi tgħid li l-Papa Franġisku għandu jkun ta’ eżempju u jkun hu l-ewwel wieħed li jirriżenja flimkien mal-kardinali u l-isfqijiet l-oħra li żammew fommhom sieket għal dawn l-allegazzjonijiet. Vigano jkompli jgħid li hu kien irrapporta lill-Kardinal Amerikan lill-kbarat tal-Vatikan fuq suspetti li McCarrick kien qed jabbuża adulti fis-seminarju waqt li hu kien jokkupa l-ministeru ta’ isqof fi New Jersey bejn l-1981 u l-2011.
L-isqof McCarrick, illum ta’ 88 sena, irriżenja minn kull kariga spiritwali fl-Lulju li għadda.