Fid-diskors tiegħu f’Jum il-Għid, Urbi et Orbi, spikka messaġġ b’ saħħtu mill-Papa Franġisku li jitlob għall-paċi fis-Sirja.
Il-Papa rrefera għas-sofferenzi li għaddejin minnhom dawn in-nies u qabblu mal-kalvarju li għadda minn Kristu. Hu ma naqasx li jingħaqad ma’ dawk preżenti fil-Pjazza tal-Vatikan biex jitolbu quddiem Alla biex il-mexxeja politiċi u militari jilluminaw il-kuxjenza tagħhom u l-kunflitti tas-Sirja jaslu fi tmiemhom.
Quddiem Pjazza ppakjata, l-Papa qal li l-kunflitti fis-Sirja ħasdu xejn inqas minn nofs miljun ħajja ta’ membri tal-militar u iżjed minn żewġt miljuni oħrajn midruba.
Il-Papa esprima t-tħassib tiegħu għall-dawk l-anzjani u t-tfal ċkejkin li ma jafu xejn għajr ħlief il-ġlied u l-kunflitti li jaraw dawn il-pajjiżi li jitwieldu fihom u awgura futur aħjar għalihom.