“Id-dinja qed issir inqas sensittiva għat-tbatijiet u l-kriżijiet li qed iseħħu madwarna.”
Hekk stqarr il-Papa Franġisku waqt il-barka tal-Urbi et Orbi f’Jum il-Milied, hekk kif tkellem dwar l-importana tad-djalogu bejn il-mexxejja sabiex jiġu solvuti l-kunflitti. Huwa semma fost l-oħrajn dak li qed iseħħ fis-Sirja, il-Jemen, l-Iraq, fl-Asja u anke f’pajjiżi Ewropej.
F’nofsinhar, fil-Pjazza San Pietru fil-Vatikan, il-Papa ndirizza lin-nazzjonijiet kollha madwar id-dinja bil-messaġġ għal jum il-Milied u talab, fost l-oħrajn għal nies li ilhom imġarrba mill-kunflitt f’pajjiżhom.
Talab ukoll għan-nisa li qed jaffaċjaw xi tip ta’ vjolenza u għal tfal u adoloxxenti vittma ta’ xi forma ta’ ‘bullying’. Il-Papa ħaseb ukoll f’dawk li qegħdin jissieltu mal-mard.
Il-Papa qal, “Figlio di Dio conforta le vittime delle violenze ne confronta delle donne che di langa in questo tempo di pandemia. Offri speranza ai bambini e gli adolescenti, fatti oggetto di bullismo e di abusi. Da consolazione affetto gli anziani soprattutto quelli più soli. Dona serenità e l’unità le famiglie, l’obiettivo primario dell’educazione è basse del tessuto sociale.”
Il-Qdusija tiegħu wissa wkoll dwar il-konsegwenzi soċjali li qed tħalli l-pandemija li qed tifridna minn ma xulxin. Dan filwaqt li appella biex jingħata aċċess tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil kulħadd, hekk kif għad hemm pajjiżi li m’għandhomx biżejjed biex ilaqqmu l-popli tagħom. Ma naqasx li jinnota x-xogħol kbir li qed jagħmlu bosta persuni madwar id-dinja fil-ġlieda kontra l-virus.
Huwa stqarr, “Sorelle e fratelle, che cosa sarebbe il mondo senza il dialogo paziente di tante persone generose che anno tenuto unite famiglie e comunità. In questo tempo di pandemia se merendiamo conta ancora di più è la nostra capacità delle reazioni sociali e men sa dura prova. Se rafforza la tendenza chiudersi a fari da sé arrischiare e ad uscire ad incontrarsi a fare gli corse insieme.”
Intant, waqt il-Quddies fil-lejl Qaddis tal-Milied, il-Papa Franġisku qal li l-Milied imur lil hinn mid-dawl dekorattiv u t-tiżjin, u saħaq li kull min ikun indifferenti lejn il-foqra, ikun qed joffendi lil Alla. Fakkar ukoll kif Ġesù Bambin twieled fil-faqar u tenna kif l-għajnuna lil min hu l-aktar fil-bżonn hija ferm aktar importanti minn kwalunkwe status soċjali.