Il-Paola Hub li qed jinbena bħalissa se jissemma għall-eks Ministru Laburista Vincent Moran, li miet fl-20 ta’ Novembru li għadda, Huwa kellu 86 sena. Dan intqal mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, hekk kif fil-bidu tas-seduta Parlamentari tat-Tnejn, il-Kamra sellmet għall-aħħar darba lit-Tabib Moran.
Fil-Parlament tqassam ukoll ktejjeb maħruġ apposta tal-ewwel diskors li kien għamel l-eks Ministru fl-ewwel seduta tiegħu fil-Parlament.
Il-Ministru Fearne iddiskrevih bħala Tabib tal-qalb, u żied jgħid li hu ra dejjem kif iġib lill-pazjenti tiegħu qabel kollox.
“Il-memorja ta’ Ċensu Moran se tibqa’ mhux biss f’dan il-hub, iżda wkoll fil-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha”, temm jgħid il-Ministru Fearne.