Bernard Grech jinsab f’paniku dwar in-nuqqas ta’ appoġġ li għandu mill-pubbliku.
Dan tant li wasal biex jagħmel kompetizzjoni bejn id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista.
Bħal konkorrenti f’xi kompetizzjoni televiżiva lid-deputati tiegħu, Grech qed itihom il-punti.
Dan skont kemm jagħmlu share il-posts u r-ritratti li jtella’ hu fuq facebook.
Din is-sistema urtat ukoll lil dawk id-deputati illi taw it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista lil Bernard Grech u li issa qed jitrattathom bħal tfal żgħar tal-iskola li joqogħdu bravi ħalli jġibu l-punti u fl-aħħar tal-ġurnata jiġu regalati b’xi stilla.
Il-gazzetta Kullħadd irrapportat kif din l-iskema ta’ punti bejn id-deputati Nazzjonalisti qed tkun deskritta bħala waħda ‘infantili u redikola’ iżda din is-sistema hija waħda mill-ewwel ideat ta’ Chris Peregin, l-eks editur tal-Lovin Malta u li Grech ħadu miegħu biex imexxilu l-kampanja.
Fil-fatt il-gazzetta Kulħadd irrapportat kif din is- sistema iktar addattata għal xi skola tan-nuna, qed titħaddem minn Peregin innifsu u tim li għandu miegħu.
Sorsi mill-imkejjen tad-Dar Ċentrali qalu ma’ ONE News kif din is-sistema infantili mhux tindirizza b’suċċess l-apatija ta’ deputati Nazzjonalisti f’attivitajiet u kampanji ta’ ġbir ta’ fondi organizzati mill-Partit Nazzjonalista.
Qalulna kif din is-sistema qed issarraf f’iżjed ostilità li l-fazzjonijiet għandhom lejn il-Kap Bernard Grech.
Dan hekk kif kemm dawk li tefgħuh hemm u dawk li kienu jappoġjaw lil min Grech ħadlu postu, issa qed iħossuhom ittrattati ta’ tfal mill-Kap Nazzjonalista.