Il-belt ta’ Bethlehem fix-Xatt tal-Punent qed tħejji għall-festa tal-lejl tal-Milied, il-belt li għall-insara hija l-post fejn twieled Ġesù.
Bethlehem is-soltu tkun mimlija daqs bajda iżda għat-tieni sena konsekuttiva, bosta nies qagħdu lura milli jżuru l-belt u jinġabru fil-pjazza fejn hemm il-Knisja tan-Nattività, li fiha hemm il-grotta mifhuma li fiha twieled Ġesù.
Madankollu din is-sena jidher li l-parata li ssir minn gruppi differenti ta’ Scouts se tkun qed issir, għal kuntrarju tas-sena l-oħra, li tħassret minħabba l-imxija.
F’Bethlehem dehru jitpoġġew barikati biex in-nies iżommu d-distanza meta tkun għaddejja l-parata li tfakkar il-lejl qaddis tal-Milied.
Qabel il-pandemija bosta pellegrini kienu jżuru Bethlehem iżda issa hu mifhum li huma ftit Palestinjani u nies oħra li se jkunu qed jiċċelebraw fil-belt qaddisa.