F’Sibt il-Għid, żewġ Taljani bl-isem ta’ Tatiana Datolla u Armanda De Rosa żżewġu xorta waħda minkejja l-pandemija tal-Coronavirus.
Iċ-ċerimonja taż-żwieġ saret f’sala fil-Belt Kapitali Taljana Ruma u saret hekk kif il-preparamenti għat-tieġ kienu ilhom li saru aktar minn sena qabel.
Huma żżewġu fil-Knisja ta’ Santa Marija, imdawrin b’siġġijiet vojta, hekk kif huma kellhom biss żewġ mistiedna, il-maid of honour u l-best man.
Tax-xagħar u tal-fjuri jinsabu magħluqin allura kellhom jagħmlu xagħarhom huma u żejnu fi fjuri artifiċjali, però fortunatament il-libsa tat-tieġ kienet diġà mixtrija qabel il-pandemija.
Waqt iċ-ċerimonja huma libsu l-maskri protettivi u l-koppja qalu li minkejja ma marx kollox ħarir xorta jinsabu ferħanin.