Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia qal li l-pandemija Covid-19 għamlet iktar evidenti l-ħtieġa għal aktar investimenti f’soluzzjonijiet ta’ enerġija aktar nadifa u effiċjenti. Waqt il-Konferenza Informali ta’ Livell Għoli għall-Ministri tal-Enerġija, il-Ministru Farrugia saħaq fuq l-importanza tal-miżuri biex jonqos il-konsum tal-enerġija, speċjalment fis-settur tat-trasport, għandhom ikunu appoġġati bħala parti mill-proċess ta’ rkupru biex jiġi żgurat li l-intensità tal-enerġija f’ċerti setturi tkompli tonqos.
Waqt li kien qed jieħu fil-Kunsill li ddiskuta l-irkupru ekonomiku tal-European Green Deal, il-Ministru Farrugia semma l-investimenti ewlenin fit-teknoloġija tal-enerġija ppjanati biex jiżguraw il-kisba tal-miri tal-2030 u t-tranżizzjoni tal-enerġija, kif deskritt fil-Pjan ta’ Malta dwar l-Enerġija u l-Klima, l-aktar l-Iskart, ir-Rinnovabbli, l-Effiċjenza tal-Enerġija u Elettrifikazzjoni.
Il-Ministru Farrugia għamel aċċenn għall-qasam tal-iskart u saħaq li ħafna mill-investimenti se jkunu diretti lejn ir-reviżjoni tal-faċilitajiet tal-iskart f’Malta dan biex ikun żgurat li l-iskat li jiġi trattat bħala riżors konformi mal-ekonomija ċirkolari.
Huwa sostna li Malta se tikkontribwixxi l-aktar permezz tal-pannelli fotovoltajiċi lejn il-mira tal-enerġija rinovabbli. Iżda se jintużaw ukoll teknoloġiji oħra bħal popmi tas-sħana u l-water heaters.
Dr Farrugia sostna li l-elettrifikazz elettrifikazzjoni tas-settur tat-trasport fuq l-art se tkompli tkun sostnuta permezz ta’ taxxa aktar baxxa minn vetturi elettri1i kif ukoll l-implimentazzjoni elettrika.
Fejn jidħol il-qasam tal-enerġija, Dr Farrugia qal li l-investiment li jeħtieġ li jqis il-vulnerabilità tas-sistema ta’ enerġija żgħira u kważi iżolata f’Malta, li ħareġ b’mod evidenti fl-inċident fejn l-interconnector ġarrab ħsarat u ħalla l-pajjiż jiddependi esklussivament fuq il-ġenerazzjoni onshore għal madwar tliet xhur.
Il-Ministru Farrugia semma wkoll il-pipeline ta’ bejn Malta u Sqallija li huwa propost li jkun kompletament għall-idroġenu. Dan sabiex ikun assigurat li ma jwassalx għal carbon lock. Il-Ministru Farrugia żied jgħid li jittama li dan il-proġett isib is-sostenn tal-Kummissjoni Ewropea.
Ritratti (MEW)