Noel Buttigieg Scicluna, opinjonist midħla tal-Partit Nazzjonalista, iddikjara li m’hemm xejn illegali li wieħed jiftaħ kumpanija il-Panama.
“M’hemm xejn ħażin jekk tkun iddikjarata,” qal Buttigieg Scicluna li għal ġimgħat sħaħ intuża mill-Partit Nazzjonalista biex isir attakk fuq il-Gvern u esponenti tiegħu. Buttigieg Scicluna għamel din id-dikjarazzjoni waqt il-programm Arena li se jixxandar illejla fuq ONE , jumejn wara li f’Panama Papers feġġew l-ismijiet ta’ diversi esponenti Nazzjonalisti.
Fosthom tal-kumpanija EMD li Buttigieg Scicluna stess joffrilha konsulenza. Bis-sehem tal-editur maniġerjali tal-maltatoday, Saviour Balzan u l-avukat Edward Gatt il-programm kien wieħed imqanqal. Bl-avukat Edward Gatt jiddeskrivi bħala arroganti l-attitudni ta’ Simon Busuttil ftit sigħat wara li kienet żvelata l-informazzjoni.
Ħu togħma ta’ dak li se jixxandar illejla fil-filmat.
https://www.youtube.com/watch?v=cAypjTrBJMI&feature=youtu.be