Il-Palestinjani f’Gaza mmarkaw l-Eid-al-Fitr, it-tmiem tar-Ramadan, fost tifrik u ġuħ imminenti, hekk kif issoktat l-offensiva ta’ Iżrael kontra l-Hamas.
Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden qal li jemmen li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qed jagħmel ‘żball’ fil-mod ta’ kif qed iħares lejn il-gwerra f’Gaza.
F’intervista, Biden appella lil Iżrael biex jaċċetta waqfien mill-ġlied ta’ bejn sitta u tmien ġimgħat, biex jingħata aċċess sħiħ għall-għajnuna umanitarja biex tasal għand in-nies.
Il-pressjoni internazzjonali għall-waqfien mill-ġlied qed tiżdied, hekk kif issuktaw id-diskussjonijiet fil-Kajr.
Netanyahu qal li ffissa ġurnata għal offensiva militari fil-belt ta’ Rafah, fejn mal-miljun u nofs Palestinjan qed isibu xelter.