Il-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b’lewn aħmar. Dan b’ġest ta’ rikkonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm u sabiex jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm.
Il-faċċati ta’ dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sal-Jum Dinji tad-Donaturi tad-Demm fl-14 ta’ Ġunju.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija: “Li tagħti d-demm hu att ta’ solidarjetà. Ingħaqad m’oħrajn u salva ħajjet in-nies.”