F’risposta għall-intervista esklussiva li saret minn Harry u Meghan Markle, il-Palazz ta’ Buckingham sostna kif jinsab imħasseb u kif il-kwistjoni dwar il-karnaġġjon se tkun qed tiġi diskussa internament bejn il-familja Rjali.
Fi stqarrija uffiċjali, il-Palazz qal li l-istejjer jaf ivarjaw iżda li l-kwistjonijiet li ġew diskussa fl-intervista qed joħduhom bis-serjetà.
Intqal ukoll kif il-Familja Rjali tinsab verament iddispjaċuta hekk kif saret taf dwar id-diffikultajiet li affaċċjat il-koppja tul dawn l-aħħar snin.
Il-Familja Rjali qalet kif Harry, Meghan u Archie se jitqiesu għal dejjem bħala membri tal-familja u li huma maħbuba.