Il-pakkett t’assistenza li nieda l-Gvern il-ġimgħa li għaddiet se jkun qed jolqot b’mod po’ittiv ferm lil dawk kollha li huma involuti fil-kamp sportiv u l-familji tagħhom.
Dan qalitu L-Assoċazzjoni Maltija tal-Futbol fejn permezz ta’ stqarrija laqgħet l-impenn tal-Gvern għas-settur sportiv wara li t-Tnejn filgħodu estenda l-assistenza finanzjarja mħabbra l-ġimgħa li għaddiet għas-settur sportiv ukoll.
L-MFA apprezzat ukoll il-fatt li l-Gvern sema’ t-talbiet tal-istess assoċjazzjoni wara li s-settur sportiv ġie milqut b’mod b’mod negattiv kawża tal-pandemija tal-Coronavirus.
l-MFA qalet li l-clubs tal-futbol lokali jimpjegaw bejnithom madwar 1,000 persuna li jinkludu plejers, coaches u impjegati amministrattivi u loġistiki fuq bażi full time u part time li issa kollha se jkunu qed jibbenefikaw mit-tliet pakketti ta’ miżur mħabbra mill-Gvern fil-ġimgħat li għaddew.
L-assoċjazzjoni qalet ukoll li hija se tkun qed tassisti l-cluvs tagħha japplikaw għal dawn il-benefiċċji. L-istqarrija temmet tgħid li lilhinn mill-aspett kompetittiv l-isport tal-futbol jagħti kontribut lill-ekonomija Maltija u jħalli wkoll impatt pożittiv fil-komunità Maltija.