Il-Pakistan qed tgħid li skont sorsi ta’ intelliġenza affidabbli, l-Indja qed tippjana attakk militari aktar tard dan ix-xahar fuq il-Pakistan. L-Indja ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Pakistan, Shah Mahmoud Quraishi, qal li skont dawn is-sorsi ta’ intelliġenza affidabbli, l-attakk mill-Indja huwa ppjant li jsir bejn is-16 u l-20 ta’ April.
Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi komplew jiddeterjoraw hekk kif kmieni din is-sena militant bbażati fil-Pakistan qatlu għexieren ta’ truppi Indjani fil-parti ta’ Kashmir amministrata mill-Indja. L-Indja rrispondiet għal dan il-qtil b’attakki mill-ajru fuq kamp ta’ taħriġ militanti fit-teritorju tal-Pakistan. Ftit wara, il-Pakistan sparat fuq ġett Indjan u ħatfu l-Pilota, iżda rrilaxxawh ftit jien wara lura lill-Indja.