Waqt li bħalissa qed jitlaqqa’ summit tan-NATO fil-Litwanja, il-pajjiżi tal-G7 mistennija jiffirmaw ftehim ta’ sigurtà fit-tul mal-Ukrajna.
Dan l-arranġament, meqjus bħala pass importanti għall-Ukrajna fid-difiża tagħha kontra t-truppi Russi, jinkludi armamenti u tagħmir sabiex jiddefendu ruħhom u anke taħriġ.
Fl-ewwel kummenti tiegħu, il-Prim Ministru Ingliż Rishi Sunak qal li dan il-qbil se jibgħat messaġġ b’saħħtu lill-President Russu Putin.
Huwa żied jgħid kif ir-Renju Unit kienet minn ta’ quddiem biex dan seta’ jseħħ u iffirmat mill-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun u l-Istati Uniti.
Aktar qabel il-President Amerikan issuġġerixxa biex il-pajjiżi jagħmlu qbil bħal ma’ l-Amerika għandha mal-Iżrael. Dan ifisser li jagħtu mat-tliet biljun dollaru f’għajnuna militari kull sena għal għaxar snin.