Gazzetti lokali tal-Ħadd innutaw l-aġir ta’ Roberta Metsola li qabel l-elezzjoni waqfet momentarjament il-ħatra tar-raġel t’oħtha f’kariga importanti fil-Parlament Ewropew imbagħad wara li ġiet eletta ħatritu b’paga ta’ għoxrin elf ewro fix-xahar bħala Kap tal-Kabinett tagħha.
Artikli fit-Torċa iżda anki kartun fil-gazzetta Illum innutaw l-istandards li tħaddan Metsola.
Metsola ippersetiet u ħatret lir-raġel t’oħtha Matthew Tabone u dan wara li qabel kellha pjan ieħor ta’ ħatra ta’ Tabone u hekk kif inkixfet minn ġurnal Taljan, irtirat id-deċiżjoni.
L-aġir ta’ Metsola nqabad anki mill-midja internazzjonali, fosthom mis-sit awtorevoli Politico.
Metsola riedet taħtar lil wieħed ta’ ġewwa fi żmien ta’ stejjer skandalużi marbuta mal-Parlament Ewropew.
Fuq quddiem ta’ dan kollu kien hemm l-iskandlu Qatar Gate fejn hemm numru ta’ persuni investigati dwar allegat skema, fejn politiċi ħadu flus jew rigali mill-Qatar u minn gvernijiet oħrajn biex jinfluwenzaw il-politika u anki d-dibattiti f’din l-istituzzjoni Ewropea.
Kienu diversi l-persuni awtorevoli li kitbu kif l-iskandlu Qatar Gate huwa riżultat ta’ kultura ta’ impunità li rrenjat fil-Parlament Ewropew b’messaġġi ħżiena kontra t-trasparenza li ilhom jintbagħtu snin.