Il-President ta’ Malta George Vella qal li l-paċi mhix l-uniku kompitu tal-politiċi eletti u rridu nibżgħu għaliha.
Din għandha l-għeruq u s-saħħa tagħha fix-xogħol ta’ kuljum tal-organizzazzjonijiet multilaterali, l-ambaxxaturi, l-akkademiċi, għaqdiet u organizzazzjonijiet volontarji u ż-żgħażagħ.
Il-President Vella qal dan fid-diskors tal-għeluq tal-Forum Dinji għal kultura ta’ paċi ġusta.
Fid-diskors tiegħu, il-President irrefera għall-gwerra fl-Ukrajna, fejn elabora li t-tama kollettiva aħħarija hija li jkun hemm negozjati effettivi li jwasslu għal waqfien mill-ġlied.
Tkellem ukoll l-Ispeaker Anġlu Farrugia fejn ukoll irrefera għall-inċertezzi politiċi globali, b’referenza partikolari għall-invażjoni militari fl-Ukrajna mill-forzi Russi.