L-Awtorità tal-Ippjanar ordnat li jitneħħa l-materjal kollu li ntrema fil-baħar f’Marsalforn aktar kmieni waranofsinhar.
Uffiċjali tal-Infurzar mill-Awtorità tal-Ippjanar marru mill-ewwel fuq il-post hekk kif l-Awtorità ġiet mgħarrfa dwar dak li kien seħħ. Il-ħaddiema bdew ineħħu l-materjal li ntrema fil-baħar wara li ngħatat ordni mill-uffiċjali tal-infurzar.
L-Awtorità se tkun qed tkompli ssegwi s-sit sakemm tara li kollox ikun mexa kif sippost u li l-materjal kollu tneħħa u s-sit reġa’ rritorna fl-istat oriġinali tiegħu.