L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se jsiru xogħlijiet ta’ restawr fil-binja tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Dan wara li l-Kummissjoni tal-Ippjanar ħarġet permezz ta’ żvilupp.
Ix-xogħlijiet jinkludu l-faċċata u s-soqfa tal-bini tal-era Brittanika, ir-rikostruzzjoni tas-saqaf u l-kmarar tal-faċċata ta’ wara u t-tibdil tal-apeturi kollha.
Din il-binja kienet barracks għas-suldati Brittaniċi, bl-eqdem parti tal-binja tinsab fin-nofs u kienet tifforma parti minn kumpless militari mibni mill-awtoritajiet kolonjali Brittaniċi, magħruf bħala l-kumpless Lintorn Barracks.