L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tal-Junction ta’ Ħal Luqa.
Ħabbret dan Infrastruttura Malta, il-Ġimgħa fi stqarrija hekk kif spjegat li permezz ta’ dan il-proġett se jiġi faċilitat l-aċċess għal Ħal Qormi, Santa Luċija, il-Marsa, il-Gudja, l-Ajruport, il-mini ta’ Ħal Kirkop u Birżebbuġa.
Dan permezz ta’ flyover, mina u karreġġjati li jiffaċilitaw l-aċċess għal toroq arterjali.
Il-proġett se jara wkoll l-ispazju li bħalissa huwa okkupat minn roundabout kbira jinbidel f’żona ta’ rikrejazzjoni għall-pubbliku li tkopri madwar 3,000 metru kwadru.
B’hekk permess ta’ dan il-proġett il-ħin ta’ stennija lejn kull direzzjoni mistenni jonqos b’74%.
Infrastruttura Malta qed tippjana li tibda x-xogħol fuq dan il-proġett fil-ġimgħat li ġejjin.