Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ddeċidiet li ma ttirrevokax permess li nħareġ f’Ġunju li għadda għal estensjoni u tibdil ta’ riżerva tal-ilma f’kantina, f’post fejn isir l-inbid fis-Siġġiewi, f’żona magħrufa bħala ta’ Ta’ Bur il-Kbir.
Il-Bord approva emendi għall-master plan tal-2010 biex isir kampus ġdid u faċilitajiet sportivi fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid. L-emendi jinkludu żieda fl-għoli ta’ żewġ blokkok fejn se jsiru l-Librerija u Ċentru ta’ Tagħlim, u l-Institut tal-Informazzjoni Teknoloġika. Barra minn hekk, Block L2 se jinbidel f’istituzzjoni ġdida, jiġifieri dik tal-Bini u l-Kostruzzjoni tal-Inġinerija.