L-Awtorità tal-Ippjanar nediet Mobile App, Planning MT, li se tippermetti lill-pubbliku li jara u jagħmel użu minn informazzjoni relatata ma’ applikazzjonijiet ta’ ppjanar u infurzar, filwaqt li turi dettali u l-istatus rilevanti b’mod intuwittiv skont il-lokalità tagħhom. Din l-applikazzjoni, li hi bbażata fuq mappa, se tipprovdi wkoll il-faċilità lil min jużaha biex jirraporta illegalità fi żviluppi u jtella’ ritratt mittieħed bl-istess mowbajl.
Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Aworità tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, qal li permezz ta’ din l-App, iċ-ċittadin se tagħti iżjed poteri liċ-ċittadin u tiffaċilità l-ħidma tal-awtorità. Din il-Mobile App tnediet mill-Ministru Manuel Mallia u s-Segreatju Parlamentari Deborah Schembri.
Isma’ l-kumment ta’ wieħed miż-żgħażagħ, Zach Vella, li ħadem fuq din l-innovazzjoni:
https://youtu.be/YPb4euZ5X-Y