L-Awtorità tal-Ippjanar se tkun qed twettaq xogħlijiet ta’ tiswija u tisbiħ fuq il-bini li qabel kienet magħrufa bħala lukanda bl-isem ta’ International Hotel f’Buġibba. Dan sabiex issib rimedju biex jittaffa l-impatt viżiv negattiv fejn se jingħalaq l-aċċess għal dan il-bini u kif ukoll il-faċċata se tkun miżbugħa.L-Awtorità tal-Ippjanar qed issib rimedju biex tindirizza l-istat ta’ bini u siti li jħallu impatt viżif negattiv f’żoni urbani. Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li filwaqt li l-bini jaf ma jkunx illegali, l-Awtorità xorta tista’ tieħu azzjoni.
B’mod simili għal azzjonijiet oħra meħuda mill-Awtorità, l-ispejjeż tax-xogħlijiet jiġu rkuprati mis-sid tal-bini.
Sidien ta’ bini abbandunat huma mħeġġa jieħdu l-inizjattiva u jwettqu x-xogħlijiet ta’ tiswija meħtieġa sabiex jevitaw li jħallsu l-ispejjeż addizzjonali tal-azzjonijiet meħuda mill-Awtorità.