Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva permess biex tinbena dar tal-anzjani ġdida fil-limiti tan-Naxxar. Il-proġett jinkludi t-twaqqigħ ta’ sular ta’ bini li bħalissa qed jokkupa din l-art.
Ir-residenza għall-kura tal-anzjani se tinkludi 117 kamra, kamra tal-ikel, kappella, gym u kamra mortwarja fost faċilitajiet oħra.
Id-dar tal-anzjani se ssir fejn tintemm iż-żona urbana tan-Naxxar, barra mill-konfini tal-iżvilupp. Il-faċċata tal-binja se tkun fi Triq Għargħur fin-Naxxar.