Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan iffirma digriet li jara lill-Katidral Hagia Sophia f’Istanbul jinbidel f’moskea.
Dan il-katidral Ortodoss Kristjan li jmur lura 1,500 sena ilu, diversi sekli wara ser jara lill-Ottomani jdawwruh f’Moskea.
Dan il-post ikona kien sar mużew fl-1934 u llum il-ġurnata huwa meqjus bħala sit storiku dinji tal-UNESCO.
Diversi Iżlamiċi kienu ilhom jistennew ħafna dan il-mument iżda membri tal-oppożizzjoni opponew bil-qawwo għal dan.
Inizjalment din il-proposta saħansitra qalgħet kritika ħarxa fil-konfront tagħha minn diversi mexxejja Reliġjużi u Politiċi dinji.