Għall-madwar żewġ biljun Musulman fid-dinja, Eid al-Adha, li jibda’ llum, huwa l-festival annwali li jimmarka l-qofol tal-pellegrinaġġ sagru lejn Mekka u jfakkar is-sagrifiċċju tal-profeta Ibrahim (Abram). Infatti, Eid al-Adha jonora r-rieda ta’ Ibrahim li jissagrifika lil ibnu Ismail f’isem Alla.
Fid-dinja Muslmana jsiru żewġ ċelebrazzjonijiet tal-Eid kull sena: Eid al-Fitr u Eid al-Adha.
Ir-Ramadan din is-sena beda nhar il-Ħamis, 23 ta’ Marzu, bil-Musulmani jsumu sa Eid al-Fitr, li sar fit-23 u l-24 ta’ April. Eid al-Fitr tfisser “il-festa tal-ksur tas-sawm”. Is-sawm, f’dan il-każ, huwa r-Ramadan, li jfakkar meta l-Quran ġie żvelat lill-Profeta Muħammad, skont it-twemmin Musulman.
Fil-kalendarju Iżlamiku, ibbażat fuq il-qamar fost affarijiet oħra, din is-sena Eid al-Adha jibda llum u jdum sat-Tnejn li ġej.
Għaldaqstant, Musulmani madwar id-dinja il-Musulmani jinġabru flimkien biex jitolbu filwaqt li jżejnu djarhom u jistiednu lill-familji u lill-ħbieb għall-okkażjoni fost skambji ta’ ħelu u rigali.