Fit-2 u t-3 ta’ Mejju li ġejjin se jittella’ l-musical ikoniku, ‘Joseph and The Amazing Technicolour Dreamcoat’ minn CSM Events fis-Sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta.
Din il-musical ta’ Andrew Lloyd Weber u Tim Rice, li hu stmat li dar iżjed minn 80 pajjiż differenti u hu meqjus bħala fost l-aktar maħbubin minn bosta, ipproduċa kanzunetti magħrufin sew, bħal ‘Any Dream Will Do’, ‘Close Every Door’ u ‘There’s One More Angel’.
Issa bħala parti mit-tim lokali minn CSM Events li se jieħdu sehem fil-musical hemm il-preżentatur ta’ ONE, Lon Kirkop, li se jinterpreta l-parti tal-farawni, filwaqt li fir-rwol prinċipali ta’ Joseph insibu lill-kantant lokali Victorio Gauci.
Wieħed jista’ jikseb il-biljetti minn fuq www.showshappening.com.