Żewġ karozzi ħadu n-nar fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta iżda ħadd ma weġġa. Ir-ritratti esklussivi li għandu one.com.mt juru l-mument li l-karozzi ħadu n-nar.
Wieħed għandu jinnota li għal xi raġuni waħda mill-karozzi tat-tip Citroen C3 ħadet in-nar hi u miexja filwaqt li l-karozza biswit ħadet in-nar waqt li kienet ipparkjata, meta waqfet ħdejha l-karozza Citroen, li ħadet in-nar.
Diskussjoni ma’ taqta’ xejn, hija dwar ir-raġuni li dan l-aħħar aktar karozzi qed jieħdu n-nar waqt li jkunu qed jiġi misjuqa.
One.com.mt tkellem ukoll ma’ bint is-sid tal-karozza ipparkjata u kellha appell għal kull wieħed u waħda minnha.