L-istabbiliment tal-ħwejjeġ, ZARA, qed jiġi kritikar għall-mudelli li qed juża fir-reklam pożittiv tiegħu li jgħid Love your curves. Qed jingħad li dan il-messaġġ qed jintilef għal kollox bir-ritratti li qed jintużaw hekk kif il-mudelli qed jiġu deskritti bħala irqaq ħafna.
Il-personalità tar-radju Irlandiż, Muireann O’Connell, rat dan ir-reklam f’ħanut ta’ ZARA f’Dublin it-Tlieta u fuq twitter esprimiet id-diżappunt tagħha. Liema diżappunt jidher li infirex sew hekk kif hija hija kellha aktar minn 12,000 retweet u 23,000 like.
Hija stqarret li ma kinitx qed tiprova tikritika l-figura tal-mudelli iżda esprimiet l-opinjoni tagħha li messaġġ bħal dak kellu jiġu kumplimentat b’ritratti ta’ nisa li għandhom aktar piż.
Fil-kummenti tagħha lill-midja, O’Connell saħqet li l-messaġġ li qed jintbgħat liż-żgħażagħ m’huwiex wieħed tajjeb.