Il-mudella Indjana Reshma, li sfat midruba f’attakk bl-aċtu, sfidat il-perċezzjonijiet relatati mas-sbuħija u mxiet fuq ir-runway waqt in-New York Fashion Week.
B’hekk qajmet kuxjenza dwar il-bejgħ ta’ sustanzi li jintużaw kontra eluf ta’ nisa u tfal kull sena f’inċidenti l-aktar reltati ma’ vjolenza domestika.
Reshma Quereshi, ta’ 19 sena, kienet milqugħa b’applawżi kbar meta fetħet programm ta’ moda b’libsa bajda ta’ disinjatriċi Indjana. Din kienet l-ewwel żjara tagħha fl-Istati Uniti, dinja ‘l bogħod minn Allahbad fejn tilfet għajn minnhom wara attakk minn dak li kien ħuha tar-rispett u żewġt’irġiel oħra.
Reshma saħansitra qed tagħmel filmati dwar is-sbuħija u fihom twassal messaġġ dwar l-attakki kimiċi.