Il-koppja ta’ fama mondjali, il-mudella Amerikana Gigi Hadid u l-kantant Ingliż Zayn Malik laqgħu l-ewwel wild tagħhom.
Il-kantant magħruf l-aħjar għas-sehem tiegħu fil-grupp One Direction ħabbar it-twelid ta’ bintu fuq is-sit soċjali ta’ Instagram.
Fir-ritratt li tella’ l-istilla internazzjonali jidher qed iżomm id bintu, fejn Malik esprima l-imħabba indeskrivibbli lejn it-tarbija.
Il-koppja ilhom joħorġu flimkien mis-sena 2015.