B’kitba permezz tal-midja soċjali tagħha, l-mudella Amerikana Bella Hadid fetħet qalbha u tkellmet b’mod emozzjonali u fil-miftuħ dwar is-saħħa mentali tagħha.

”Nibki ta’ spiss. Nibki kuljum…kull lejl. Kelli biżżejjed ‘breakdowns’ u ‘burnouts’. Ilni nbati b’diffikultajiet mentali għal ftit snin mhux ħażin”
Bella Hadid, mudella Amerikana

Il-mudella, li oħtha Gigi hija wkoll mudella famuża, kienet stqarret dwar il-glieda kontinwa bl-ansjeta’ fi żmien iż-żgħożija. Fil-bidu ta’ din is-sena, Bella Hadid ħadet pawsa mill-midja soċjali biex taħdem u tgħin fis-saħħa mentali tagħha, għax skontha, l-midja soċjali hija xi ħaġa falza, b’mod partikolari għal min għaddej minn sfida kontinwa mas-saħħa mentali tiegħu.