Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba nħatar rapporteur fuq ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar ir-Right to Disconnect. Il-Kumitat tal-Impjiegi fil-Parlament Ewropew iddeċieda li jabbozza rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja biex jipproponi leġiżlazzjoni dwar id-dritt ta’ skonnettjar diġitali, u Alex Agius Saliba ser ikun il-Membru Parlamentari Ewropew responsabbli.
“L-użu mifrux ta’ smartphones u apparat diġitali ieħor poġġa riskji u pressjonijiet ġodda fuq ħafna ħaddiema u ħafna postijiet tax-xogħol. Li ħaddiem dejjem ikun “on-call” u disponibbli saretr ealtà ġdida. Din hija r-raġuni għaliex ir-right to disconnect għandu jsir id-dritt tal-ħaddiem sabiex l-impjegati jevitaw li jikkomunikaw fuq materja relatata max-xogħol, permezz ta’ emails jew messaġġi oħra, barra l-ħin tax-xogħol,” qal il-Membru Parlamentari Ewropew.
L-idea għar-Rapport tal-Impjiegi dwar id-dritt ta’ skonnettjar diġitali kienet proposta direttament mill-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba u appoġġjata mill-maġġoranza tal-gruppi politiċi. Bħalissa m’hemm l-ebda qafas legali Ewropew li jiddefinixxi direttament u jirregola dan id-dritt. Ir-rapport ta’ Alex Agius Saliba ser ikun qed jipproponi elementi għall-ħolqien ta’ qafas leġiżlattiv Ewropew f’dan il-qasam.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba kkummenta hekk dwar il-ħatra tiegħu: “Il-fatt lil-ħaddiema humamistennija jkunu disponibbli għal komunikazzjoni onlajn jew fuq iċ-ċellolari kważi f’kullħin tal-ġurnata llum huwa kkunsidrat li huwa potenzjalment perikolużi għas-saħħa tal-ħaddiema. Bħala r-rapporteur fuq dan is-suġġett ser nipprova niżgura li nipprovdu soluzzjoni Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mad-dritt ta’ skonnessjoni diġitali”.
“Ser inkun qed inħares lejn ir-riskji u l-konsegwenzi diġitali ġodda għall-benesseri tal-ħaddiema, inklużi l-kwistjonijiet ta’ sigħat ta’ xogħol addizzjonali. Bħalma l-jum ta’ ħidma huwa dakta’ tmien sigħat, il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom ħin minimu obbligatorju ta’ skonnettjar diġitali. Il-mudelli ġodda ta’ ħidma fl-era diġitali m’għandhomx isiru sinonimu ta’ sfruttament u sorveljanza tal-prestazzjoni tal-ħaddiema, u dan huwa dak li se nippruvaw nissalvagwardjaw permezz tar-right to disconnect,”qal l-Membru Parlamentari Ewropew Agius Saliba.