Is-sit awtorevoli Politico indentifika lill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba bħala protagonist fl-arena diġitali Ewropea, wara li l-magazin tal-Parlament Ewropew għażel lill-istess Agius Saliba bħala persuna ewlenija fil-qasam minn fost aktar minn seba’ mitt Membru Parlamentari Ewropew.
L-istess Politico qal ukoll li fost il-ħdax-il politika għall-ħarifa, hemm ir-regolarizzazzjoni ta’ pjattaformi bħal diġitali bħal Google, permezz tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, pakkett leġiżlattiv mistenni sal-aħħar tas-sena. Fi stqarrija mill-Partit Laburista, Agius Saliba spjega li dan l-att qed jimmira li jsaħħaħ is-suq uniku għas-servizzi diġitali b’miżuri li jkopru s-sikurezza onlajn, ir-responsabbiltà, id-dominanza tas-suq, ir-reklamar l-kuntratti intelliġenti kif ukoll kwistjonijiet dwar l-impjieg indipendenti online.
Dr Agius Saliba żied jispjega li l-COVID-19 kixfet nuqqasijiet serji fil-mod kif pjattaformi bħal Google u Facebook huma regolati fl-Ewropa, meta jitqies li l-prinċipji ewlenin tad-Direttiva dwar il-Kummerċ Elettroniku attwali għandhom jinżammu.
“Issa qed qed inħares ‘il quddiem sabiex inkompli naħdem bis-sħiħ fuq ir-rapport, anke bħala rappreżentant tal-iżgħar stat membru tal-UE. Dan qed nagħmlu fl-interess taċ-ċittadini Maltin”, ikkonkluda l-Membru Parlmentari Ewropew Agius Saliba.