Toroq fil-Mosta se jkunu qed jingħalqu bejn il-5:00 ta’ filgħodu sal-17:00 ta’ wara nofsinhar nhar il-Ġimgħa li ġej għall-funeral tal-blogger Daphne Caruana Galizia.
It-toroq li se jkun pprojbit li wieħed jgħaddi jew jipparkja fihom huma: Pjazza Rotunda (inkluż il-parkeġġ), Triq Il-Kostituzzjoni, Triq Salvu Dimech, Triq Kungress Ewkaristiku, Triq il-Kbira u Triq il-Parrocca, Mosta.