Il-monument tal-Assedju l-Kbir f’Misraħ l-Assedju fil-Belt bħalissa qed ikun irrestawrat mill-Aġenzija tal-Kutura fi ħdan Heritage Malta, li hija responsabbli miż-żamma tal-monumenti Nazzjonali f’pajjiżna.
Fi ftit sigħat, il-monument se jkun iċ-ċentru ta’ ċerimonja li se tfakkar ir-rebħta ta’ Malta u tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1565, meta ntemmu xhur ta’ battalji kontra l-Ottomani.
Iċ-ċerimonja tal-lejl se tkun indirizzata mill-Professur Raymond Mangion, fil-preżenza tal-Aġent Prim Ministru u diversi mistiedna. Din mistennija tibda għall-ħabta tas-19:30.