Kif imwiegħed, il-monti tal-Belt dalgħodu mexa għal Triq Ordinanza l-Belt Valletta, fil-parti opposta tal-Parlament.
Dan kien possibbli wara xhur ta’ konsultazzjoni, fejn iktar minn nofs il-bejjiegħa bbenefikaw mill-iskema tal-Gvern biex jirtiraw il-permess tagħhom u eventwalment ma jibqawx jarmaw. B’hekk Triq il-Merkanti, waħda mill-isbaħ toroq tal-Belt, dalgħodu kienet vojta mill-barkarelli tal-monti. Ħafna diġa’ bdew jaħsbu kif dan il-lok jista’ jkun sfruttat aħjar, anke għaliex hemm għaddejin proġetti mill-isbaħ bħal dak tas-Suq l-Antik.
Intant, filwaqt li l-bejjiegħa mxew għall-post il-ġdid għadhom għaddejin it-tħejjijiet biex ikollhom barkarelli ġodda li jmorru aħjar mal-ambjent tal-Belt.