Il-Kanċillier ta’ Sant’Elena ta’ Birkirkara Nicholas J. Doublet ċaħad li l-Monsinjur Propostu Arċipriet Paul Carmel Vella qal xi diskors kontra l-persuni gay fil-Paniġierku ta’ Sant’Elena l-Ħadd li għadda.
F’ittra bi dritt għal risposta, il-Kanċillier tal-Kapitlu qal li sezzjoni tal-midja għawġu l-kliem u s-sena ta’ dak li qal il-Prepostu Paul Carmel Vella b’mod li qalu preċiżament il-kuntrarju ta’ dak li qal fil-festa ta’ Sant’ Elena.
Il-Kanċillier qal li mkien fil-Paniġierku ma jissemmew il-gays jew koppji tal-istess sess u sostna li mhux veru li Mons. Prepostu qal xi diskors kontra dawn il-persuni.
Qal li dak li qal Mons. Vella hu li ż-żwieġ kif ħalqu Alla huwa bejn raġel u mara. Dan hu li tgħallem il-Knisja fuq iż-żwieġ, qal il-Kanċillier Doublet.
“Intennu r-rispett u l-għożża lejn kull persuna, hi min hi. Hu dan li jiggwida l-ħidma pastorali tal-Knisja”, temm jgħid il-Kanċillier Doublet.
http://www.one.com.mt/2019/08/21/monsinjur-jattakka-d-dhul-taz-zwieg-bejn-koppji-tal-istess-sess-fil-panigierku-tal-festa-2/