Wara diversi rapporti ta’ sinjali mpinġija fil-Park Majjistral u postijiet oħra madwar pajjiżna, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi b’kollaborazzjoni mal-korp tal-pulizija identifikaw il-persuna responsabbli wara dawn it-tpinġijiet.
Il-persuna responsabbli kien ordnat juri li dawn it-tpinġijiet kapaċi jitneħħew bl-ilma. Huwa mifhum li dawn it-tpinġijiet saru biex juru d-direzzjoni għal numru ta’ tiġrijiet.
Dawn l-attivitajiet ttellgħu minn organizzazzjoni Franċiża u l-imħuħ wara din l-organizzazzjoni kienu ordnati jneħħu dawn is-sinjali u huwa mifhum li qed jikkoperaw.
Fi stqarrija, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi saħqet li ser jittieħdu passi jekk dawn is-sinjali ma jitneħħewx fiż-żmien stipulat.