Stephen Paddock, l-agressur li qatel tmienja u ħamsin persuna u ħalla aktar minn ħames mija feruti f’Las Vegas, kellu numru ta’ kameras ġewwa u madwar il-kamra tiegħu fil-lukanda li kien fiha.
Kameras li ppermettewlu jara jekk kienux qed javviċinaw xi pulizija jew membri tal-ordni.
Intant, l-uffiċjali għadhom qed jipruvaw jiddeterminaw għaliex Paddock, ta’ erbgħa u sittin sena, fetaħ in-nar fuq in-nies li kienu preżenti għal kunċert minn din il-lukanda.
Minkejja dan, jafu li kien hemm ippjanar għal dan.