L-Isptar Mater Dei se jibda jfakkret b’SMS jekk għandek appuntament fid-dipartiment tal-Outpatient.
L-SMS se jkun fih dettalji, bħall-isem tal-klinika fejn tattendi, id-data u ħin tal-appuntament, il-lokalità tal-pazjent u l-inizjali tiegħu jew tagħha.
Dan il-messaġġ li tirċievi fuq il-mobile se jkun jidher simili għal dan li hawn fl-istampa.