F’attività politika, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, ħareġ jattakka l-miżuri u l-inċentivi mħabbra mill-Gvern dwar it-traffiku u fl-istess nifs qal li dawn kienu proposti li l-Gvern ikkoppja mingħandu.
Fil-fatt, fost l-attakki li kompla fuqhom fil-Kalkara u li ġew innutati mill-midja fosthom li ddeskriva l- miżuri bħala miżuri short-sighted, Grech xorta ried jieħu l-mertu billi qal hekk.
“Irrealizzajna li xi wħud minnhom ilna ngħiduhomlu u nagħtuhomlu fuq platt aħna.”
Il-Kap tal-PN, Bernerd Grech
L-attività politika kienet indirizzata wkoll mis-Sindku tas-Swieqi u kandidat Nazzjonalista, Noel Muscat, li fid-diskors tiegħu kien fattwalment żbaljat jew inkella konxju li kien qed jigdeb.
Dan għaliex minkejja li kien qed jitkellem fil-pjazza tal-Kalkara, li kienet riġenerata bi proġett li ġie nawgurat f’Mejju tas-sena li għaddiet minn Gvern Laburista, qal hekk. 17.05.2024
“M’għandu xejn x’juri għalih, aħna għandna x’nuru, timxi fejn timxi anki f’dan il-post se tara proġetti li għamilna aħna. Huma m’għandhom xejn x’juru.”
Is-Sindku tas-Swieqi u kandidat tal-PN, Noel Muscat
Iżda, din ma kinitx l-unika dikjarazzjoni assurda li Muscat għamel fid-diskors tiegħu.
“Gvernijiet Nazzjonalisti minn dejjem ħadu ħsieb l-ekonomija.”
Is-Sindku tas-Swieqi u kandidat tal-PN, Noel Muscat
Muscat qal hekk jekk taħt GonziPN l-ekonomija kienet ikkaratterizzata minn dejn nazzjonali li jaqbeż is-sebgħin fil-mija u aktar minn sebat’ elef persuna li kienu qiegħda.