F’konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetá Soċjali indirizza wara ċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika b’rabta mat-tnaqqis fil-faqar, intqal kif miżuri ewlenin tal-Gvern għenu mhux ftit biex wasalna għal dawn ir-riżultati pożittivi.
Fost l-oħrajn semma’ il-benefiċċju magħruf bħala l-in-work benefit, dak li l-benefiċċju tal-qgħad jonqos gradwalment meta persuna tidħol fid-dinja tax-xogħol u ż-żidiet fil-pensjonijiet li ħarġet mill-faqar numru sew t’anzjani.
Din id-darba kellna rekord pożittiv ieħor fejn għandna l-inqas persentaġġ ta’ persuni f’riskju ta’ faqar. Hija xi ħaġa pożittiva, xi ħaġa li turi li l-politika soċjo-ekonomika ta’ dan il-Gvern qiegħda taħdem. Hija xi ħaġa li turi verament li mhux biss nippriedkaw imma qegħdin inwettqu politika ta’ prosperity with a purpose.