Investigaturi Awstraljani ppreżentaw ir-rapport finali dwar l-ajruplan tal-Malaysia Airlines, titjira 370, fejn qalu li hu misteru li “kważi ma jitwemminx” dan hekk kif l-ajruplan baqa’ ma nstabx wara li kien għeb tliet snin ilu.
MH370 sparixxa fl-2014 waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn Beijing b’239 persuna abbord.
It-tfittxija għall-ajruplan twaqqfet f’Jannar illi għadda – 1,049 jum wara li sparixxa.
Dawk li wettqu it-tfittxijiet f’isem l-Awstralja qalu li jinsabu ddiżappuntati ferm li ma nstabx – fejn hi sitwazzjoni li ma titwemminx li fi żmien fejn it-teknoloġija hi avvanzata, ajruplan ta’ dak il-kobor sparixxa għalkollox u baqa’ ma nstab xejn.