B’diżappunt kbir fost il-komunità spazjali Russa, l-attentat missjoni lejn il-qamar tar-Russja spiċċa falla hekk kif il-vettura spazjali ħabtet ma’ wiċċ il-qamar.
L-inċident seħħ wara li l-vettura spazjali Luna-25 tilfet il-kommunikazzjoni mal-bażi tal-aġenzija spazjali Russa, Roscosmos.
L-aġenzija ħabbret li se tiftaħ investigazzjoni biex tistabilixxi r-raġunijiet li wasslu għat-telf tal-vettura spazjali.
Din il-missjoni kella tkun l-ewwel waħda lejn il-qamar f’sebgħa u erbgħin sena, hekk kif l-aħħar vettura spazjali Russa li rnexxielha tasal fuq il-qamar kienet Luna 24 fit-tmintax ta’ Awwissu tal-elf disa’ mija sitta u sebgħin.