Salvu Dalli li qed jiġi akkużat li qatel lil ibnu Antoine Dalli ta’ sebgħa u tletin sena, kien jaf x’inhu jagħmel meta spara lil ibnu u jista’ jgħaddi ġuri.
Xehed dan il-psikjatra George Debono li tqabbad mill-qorti sabiex jeżamina s-saħħa mentali ta’ Salvu Dalli magħruf bħala d-‘Danger Man’.
Il-psikjatra xehed li minn dak li qallu l-missier, jista’ jasal għal konklużjoni li kien f’sensih fil-ħin li wettaq ir-reat.
Il-psikjatra qal li Salvu Dalli kien qed jirċievi t-trattament għad-dipressjoni u l-anzjetà, probabilment minħabba d-diffikultajiet li kellu fir-relazzjoni ma’ ibnu.